Noti fuq id-Demm u l-Laħam

16.00

100 in stock

Quantity
Synopsis

Din hi t-tnejn u tletin traduzzjoni mis-serje Traduzzjonijiet Faraxa. Kitba ta’ Shahd Alshammari u tradotta għall-Malti minn Toni Aquilina.

“Ktibt dil-ġabra ta’ stejjer, parti memorji, parti narrattiva dwar mard, parti mħawdin, parti jħawdu ‘l dak li jkun, stejjer parzjalment fittizji, parzjalment veri; u issa qiegħda f’idejkom. Fiha taħlita ta’ stejjer, ta’ ilħna, iżda fuq kollox, tittratta fuq in-nisa. Nisa li jħobbu, nisa dgħajfin wisq biex iħobbu, nisa li jiżżewġu għal għajn is-soċjetà, nisa li qatt ma jinsew l-ewwel imħabbithom, nisa li jibżgħu mill-irġiel, nisa li jikkumbattu mal-irġiel, nisa li jitilqu lill-maħbubin tagħhom, nisa li jitħabtu biex jingħataw edukazzjoni, u nisa li ma jistgħux jagħmlu ħaġ’oħra ħlief jissieltu biex jieħdu sehemhom. Dan-nisa jirrakkontaw ġrajjiethom u xi minn daqqiet l-irġiel jirrakkontaw tagħhom. Ambjentati fil-Kuwajt, dawn huma t-trawmi siekta, il-pjaċiri mrażżna, u n-naqra ta’ stejjer personali kkontaminati, tal-atti ta’ mħabba privati għall-aħħar. Kull att, jew nuqqas tiegħu, hi revoluzzjoni ċkejkna. L-imħabba tesponi ruħha bħala tema mill-bidu sal-aħħar, kif ukoll il-mod li bih tidħol f’ħabta mal-identità, mas-soċjetà, u mar-reliġjon.”

– Shahd Alshammari

About the author

Toni Aquilina is a prolific translator, as well as the overseer of the Faraxa Translation Series.

Browse all works

You may also be interested in...

Get in touch with us

You can get in touch with us by emailing us on info@faraxapublishing.com or calling +356 9982 0157. Alternatively, you can fill in the form below and we’ll get back to you as soon as we can.