Skip to product information

Ir-Re tal-Ġungla u s-Skiet Misterjuż by Therese Pace

Regular price €8,25
Sale price €8,25
Tax included.

Malti

L-iljun, ir-Re tal-Ġungla, jinduna li kien waqa’ ċertu skiet fir-renju tiegħu. L-għasafar waqfu jgħannu, l-annimali ma baqgħux jidhru barra u saħansitra r-riħ kien donnu waqaf jonfoħ. X’kienet ir-raġuni ta’ din l-imġiba stramba? L-iljun jaf li bħala r-re kien imiss lilu li jinvestiga. X’jagħmel biex forsi jsib tarf din il-problema? Kien hemm rimedju għaliha? Hekk kif l-annimali u l-insetti jiftħu qalbhom miegħu, l-iljun ifittex li jserrħilhom rashom biex il-ħajja tal-ġungla terġa’ lura għal li kienet.

Bi kwadri kkuluriti tal-ħajja fil-ġungla, impittra b’pinzellati ħfief daqskemm ipaxxu l-għajnejn, kif ukoll in-nisġa tal-istorja nnifisha bil-messaġġi sottili li tgħaddi, Ir-Re tal-Ġungla u s-Skiet Misterjuż għandu l-ingredjenti kollha biex jogħġob lit-tfal. Barra minn hekk jgħinhom sabiex jiftħu qalbhom meta jħossu l-ħtieġa u hekk jeħilsu minn xi beżgħat li jista’ jkollhom fil-ħajja.

English

Ir-Re tal-Ġungla u s-Skiet Misterjuż tal-awtrici Maltija rebbieħa ta' bosta premjijiet, Therese Pace. Dan il-ktieb huwa maħsub biex jindirizza l-kwistjoni tal-biża' fit-tfal żgħar.

L-iljun, ir-re tal-ġungla, induna li kien waqa' ċertu skiet fir-renju tiegħu. L-għasafar waqfu jgħannu, l-annimali ma kienu jidhru mkien u saħansitra r-riħ kien donnu waqaf jonfoħ. X'kienet ir-raġuni għal tali mġiba stramba? L-iljun kien jaf li, bħala r-re, kien imiss lilu li jinvestiga x'kien qed jiġri. X'seta' jagħmel biex isib soluzzjoni għal din il-problema? Kien hemm rimedju għaliha? Hekk kif l-annimali u l-insetti bdew jiftħu qalbhom miegħu, l-iljun irnexxielu jserraħ rashom u l-ħajja fil-ġungla setgħet terġa' lura għan-normal.

'B’rappreżentazzjoni ta' kwadri kkuluriti tal-ħajja fil-ġungla, impittra bi ħila li ġġib sbuħija lill-għajnejn u stabbiliti fil-kuntest tal-istorja bil-messaġġi sottili tagħha, Ir-Re tal-Ġungla u s-Skiet Misterjuż fih il-kwalitajiet kollha meħtieġa biex ikun attraenti ħafna għat-tfal. Din l-istorja tinkoraġġixxi wkoll lit-tfal biex jiftħu qalbhom meta jkun hemm bżonn ħalli jkunu jistgħu jeħilsu minn kwalunkwe biża' li jista' jkollhom.'

  • Free delivery in Malta
  • Secure checkout
  • Published in Malta since 2011

Book details

Author
Therese Pace
Language
Maltese
Format
Paperback
Age group
Children 8-12
ISBN
9789995748203

Reviżjoni

'Dan il-ktieb huwa qari interessanti ħafna kemm mill-perspettiva ta' għarfien ambjentali kif ukoll min-naħa tal-għarfien tal-istima personali. Huwa qari tajjeb ħafna għat-tfal possibbilment fit-tielet jew ir-raba' sena jew saħansitra qabel jekk jintuża bħala għodda għall-istejjer. Huwa miktub bil-Malti ħafif u huwa faċli ħafna biex jinftiehem minkejja l-vjaġġ immaġinattiv li jeħodok fih il-ktieb. X'jiġri kieku l-annimali kellhom jitkellmu? Kienu jaqblu ma' kif Therese Pace pinġiethom? :)'

Annabel Desira

Ir-Re tal-Ġungla u s-Skiet Misterjuż

Ir-Re tal-Ġungla u s-Skiet Misterjuż

Regular price €8,25
Sale price €8,25