L-Intruża u L-Għomja / L’Intruse et Les Aveugles by Maurice Maeterlinck
"L-Intruża" u "L-Għomja" / "L’Intruse" et "Les Aveugles" ta' Maurice Maeterlinck maqluba għall-Malti mill-Prof. Anthony Aquilina. Dawn huma żewġ drammi f’att wieħed, "L-Intruża" u "L-Għomja", ta’ Maurice Maeterlinck (1862-1949), awtur Belġjan li kien jikteb bil-Franċiż, u li rebaħ il-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1911.
Dawn il-ġojjelli fl-istorja tat-teatru Franċiż ta’ tmiem is-seklu dsatax jittrattaw il-kunflitt bejn il-bniedem u l-forzi sopranaturali li xejn ma jista’ jagħmel biex jegħlibhom, u jantiċipaw inkwantu għas-suġġett, jekk mhux fl-istil, 'it-Teatru tal-Assurd'. Dan hu teatru inkwetanti li jirrifletti t-teorija drammatika tad-drammaturgu, kif insibuha elaborata f’"Le Tragique quotidien" / "It-traġiku fil-Ħajja ta’ Kuljum", ġewwa l-ktieb bis-saġġi filosofiċi tiegħu, Le Trésor des humbles / It-Teżor tal-Umli (1896).
Il-misteru li Maeterlinck kien jiltaqa’ miegħu kullimkien madwaru u fil-bnedmin, huwa rnexxielu jinkarnah f’dawn iż-żewġ drammi. Biex nikkwota mill-istqarrija ta’ rikonoxximent waqt l-għoti tal-premju Nobel, il-kwalitajiet distintivi tad-drammi Simbolisti ta’ Maeterlinck kienu 'ir-rikkezza ta’ immaġinazzjoni u r-realiżmu poetiku tagħhom'. Huma juru l-intimità tas-sentimenti profondi li kellu, u daqstant ieħor jappellaw għas-sentimenti u l-ansjetajiet tal-qarrej.
Flimkien mat-traduzzjonijiet wieħed isib ukoll studju qasir mill-Professur Aquilina fuq post Maeterlinck fil-qafas tad-drama Simbolista fi Franza. Il-Professur Toni Aquilina huwa membru tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tat-Terminoloġija u tal-Interpretar fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta.
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Maurice Maeterlinck
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Adult
- Category
- Classic, Drama, Fiction, Translation
- ISBN
- 9789995796006
"L-Intruża" u "L-Għomja" / "L’Intruse" et "Les Aveugles" tal-Belġjan rebbieħ tal-Premju Nobel Maurice Maeterlinck – "L’Intruse" / "L-Intruża" u "Les Aveugles" / "L-Għomja" (1890) huma żewġ drammi simbolisti f’att wieħed li ġew maqluba għall-Malti mill-Professur Anthony (Toni) Aquilina. Dawn il-ġojjelli fl-istorja tat-teatru Franċiż ta’ tmiem is-seklu dsatax jittrattaw il-kunflitt bejn il-bniedem u forzi sopranaturali li kontrihom ma jista’ jagħmel xejn, u jantiċipaw is-suġġett, jekk mhux l-istil, tat-Teatru tal-Assurd. Dan hu teatru inkwetanti li jirrifletti t-teorija tad-drammaturgu, kif żviluppata f’"Le Tragique quotidien" / "It-Traġiku fil-Ħajja ta’ Kuljum" / "The Tragical in Daily Life", ippubblikat fil-ktieb tiegħu ta’ saġġi filosofiċi, Le Trésor des humbles / It-Teżor tal-Umli / The Treasure of the Humble (1896). Il-misteru li Maeterlinck kien isib kullimkien madwarna u fina, huwa rnexxielu jinkarnah f’dawn id-drammi. Biex nikkwotaw mill-istqarrija li akkumpanjat l-għoti tal-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1911, il-kwalità distintiva tad-drammi simbolisti ta’ Maeterlinck kienet 'ir-rikkezza ta’ immaġinazzjoni u r-realiżmu poetiku tagħhom'. Dawn juru intimità profonda tas-sentimenti u jappellaw ukoll għas-sentimenti u għas-sens ta’ premonizzjoni tal-qarrej.
Flimkien mat-traduzzjonijiet wieħed isib studju qasir mill-Professur Aquilina fuq il-post ta’ Maeterlinck fil-qafas tad-drama simbolista Franċiża. Il-Professur Toni Aquilina huwa membru tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tat-Terminoloġija u tal-Interpretar fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta.
"L-Intruża" u "L-Għomja" huwa l-ktieb numru 18 fis-sensiela ta’ traduzzjonijiet ta’ Faraxa u hu ppubblikat f’format paperback.

You May Also Like
-
Għolli l-Purtiera
Regular price €17,75Sale price €17,75Unit price / per -
Molière: Tartuffe - Il-Miskin
Regular price €16,50Sale price €16,50Unit price / per -
Alla tal-Qerda
Regular price €8,00Sale price €8,00Unit price / per
L-Intruża u L-Għomja / L’Intruse et L...