Skip to product information

Nimxu maż-Żmien by Marlene Saliba

Regular price €9,00
Sale price €9,00
Tax included.

Malti

F'Nimirħu maż-Żmien, Marlene Saliba tivvjaġġa poetikament lejn il-kożmos għax tħossha parti minnu. Il-perfezzjoni li ssib fil-kożmos hija riflessa fil-vokabularju użat bl-aktar mod metikoluż. Barra l-ħsieb mirqum u l-għażla wiesgħa ta' forom metriċi, it-terminoloġija rikka toħloq versi mużikali xi waqtiet imsaħħrin bir-rima flimkien ma' għadd kbir ta' xbihat meħudin l-aktar min-natura u mill-univers bħall-kwiekeb, is-siġar, ix-xmajjar, il-baħar, is-sema u l-irjieħ. Dawn ix-xbihat huma xhieda tat-tiftixa kontinwa għall-qofol tal-eżistenza, 'il hinn minn kulma hu tranżitorju u għalhekk mhux essenzjali.

English

Fi Nimirħu maż-Żmien / Time-Faring, Saliba tivvjaġġa poetikament fil-kożmos u l-perfezzjoni misjuba fih hija riflessa tajjeb fil-mod metikoluż li bih użat il-vokabularju tagħha. Minbarra ħsibijiet mirquma ħafna u varjetà wiesgħa ta' forom metriċi, Saliba tippreżenta terminoloġija rikka f'dawn il-poeżiji li tirriżulta f'versi mużikali li jħallu lill-qarrej mistagħġeb bir-rimi u x-xbihat simboliċi użati, li l-biċċa l-kbira tagħhom jirrelataw man-natura u l-univers bħal kwiekeb, siġar, xmajjar, ibħra, sema u rjieħ. Dan it-tip ta' xbihat jirrifletti t-tfittxija tal-umanità għall-essenza tal-eżistenza tagħha lil hinn minn dak li hu tranżitorju u mhux essenzjali.

  • Free delivery in Malta
  • Secure checkout
  • Published in Malta since 2011

Book details

Author
Marlene Saliba
Language
Maltese
Format
Paperback
Age group
Adult
Category
Poetry
ISBN
9789995748036

'Meta Saliba tikkomunika b'dan il-mod, toħloq dinja mistika u sagra. Madakollu din id-dinja jgħix fiha kull bniedem komuni u jġarrabha. Iżda hija dinja eterna u infinita fl-istess ħin. Marlene Saliba hija istintiva fl-espressjoni poetika u t-toroq li sserrep fihom ilaqqgħuha xi drabi ma' nies komuni bħal Kiela, il-bejjiegħa tal-ħaxix, jew xi membru tal-familja, u drabi oħra ma' ħlejjaq li nafuhom biss mil-leġġendi preistoriċi. Il-qarrej jgħaddi minn taħlita ta' esperjenzi psikoloġiċi, reliġjużi, storiċi u l-bqija - esperjenzi li ġġarrabhom kemm iġġarrabhom, donnok dejjem qed iġġarrabhom għall-ewwel darba.'

- Dr Josette Attard

'Il-memorja kollettiva, il-wirt ta' tifkira mitwielda, is-sejba tal-motivi arketipiċi mitwielda f'kulħadd: fl-għarfien ta' dan kollu Marlene Saliba tagħraf lilha nnifisha bħala abitanta moderna daqskemm bikrija, wild art twelidha daqskemm wild l-univers.'

- Prof. Oliver Friggieri

Nimirħu maż-Żmien

Nimxu maż-Żmien

Regular price €9,00
Sale price €9,00