Għoljet il-Qasab by Yin Jian Ling
Malti
Malti
Din it-traduzzjoni miċ-Ċiniż għall-Malti hija t-tmienja u għoxrin traduzzjoni tal-kullana ta’ Traduzzjonijiet Faraxa taħt il-ħarsien tal-Prof. Toni Aquilina.
Għoljet il-Qasab huwa rumanz għaż-żgħażagħ u mhux-daqshekk żgħażagħ li kienet ħarġet l-awtriċi Ċiniża minn Shanghai, Yin Jian Ling fl-2016. It-titlu huwa isem ta' kulleġġ immexxi minn patrijiet fl-ewwel snin tas-seklu 20 fil-Lvant taċ-Ċina, li t-tifsira tiegħu hija L-Għolja tal-Qasab (il-forma mqassra - Għoljet il-Qasab). L-isem biċ-Ċiniż huwa Ye Mang Po, li tfisser 'L-Għolja fejn jikber il-Qasab Selvaġġ'.
Il-ġrajja tal-ktieb iddur madwar tifel Ċiniż, You An, li jitlef lil ommu waqt il-ħlas, u missieru u l-mara l-ġdida tiegħu, ma jittrattawhx tajjeb. Il-mara, b’mod partikolari, issawtu u taħqru tant li t-tifel jaħrab mid-dar u jispiċċa f'orfanotrofju mmexxi mis-sorijiet. Żmien wara joħduh fil-kulleġġ ta' Għoljet il-Qasab fejn jibda jinteressa ruħu fil-pittura u fl-iskultura ...
Hawnhekk jinduna li l-ħajja hija vjaġġ li fih il-bniedem jimxi minn post għall-ieħor, jiltaqa' ma' karattri u kulturi differenti ... imma fuq kollox jiskopri wkoll il-potenzjal u l-kapaċitajiet moħbija ġo fih. Tispikka t-tema tal-arti Ċiniża u kif din hija differenti f'bosta aspetti minn dik tal-Punent.
Jirnexxielu You An isib u jiżviluppa t-talent artistiku tiegħu matul il-vjaġġ tiegħu, minkejja l-isfidi u d-diffikultajiet kollha li jiltaqa' magħhom?
English
English
Yin Jianling (imwielda fl-1971) hija kittieba Ċiniża tal-letteratura għat-tfal. Hija l-editriċi anzjana tal-gazzetta ta’ Shanghai Xinmin wanbao. Il-kittieba għandha B.A. mid-Dipartiment tal-Liġi u l-Politika fl-Università Normali ta’ Huadong, u M.A. mid-Dipartiment tal-Letteratura Ċiniża fl-Università Normali ta’ Shanghai. Yin kellha tmintax-il sena meta l-poeżija tagħha ġiet ippubblikata f’Youth Literature and Art《少年文艺》. Hija kompliet tikteb u tippubblika poeżiji, esejs, rumanzi, rapportaġġi u opinjonijiet. Kienet editriċi kap ta’ rivista tan-nisa, saret membru tal-Assoċjazzjoni tal-Kittieba taċ-Ċina fl-1998 u għandha rwol ewlieni fl-Assoċjazzjoni tal-Kittieba ta’ Shanghai. Yin rebħet bosta premjijiet għall-kotba tagħha, inkluż il-prestiġjużi Premjijiet Chen Bochui għal-Letteratura tat-Tfal.
Description
Description
Stephen Cachia huwa għalliem, lettur, kittieb u traduttur. Twieled fl-1976 f'San Pawl il-Baħar u ggradwa mill-Università ta' Malta u l-Università ta' New England fl-Awstralja. Huwa għex, studja u ħadem fiċ-Ċina, l-iktar f'Shanghai (2010). Poeżiji u novelli tiegħu dehru f'diversi antoloġiji u ġurnali lokali. Ix-xogħol teatrali tiegħu Ilħna mill-Qiegħ ittella' fiċ-Ċentru tad-Drama fl-2003. Fl-2007 ħareġ il-ktieb tal-poeżiji Żifef u Rwiefen flimkien mal-kittieb Patrick Sammut. Jgħallem ukoll il-lingwa Ċiniża u l-Istorja taċ-Ċina fid-Dipartiment tal-Istudji Orjentali fl-Università ta' Malta.
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Yin Jian Ling
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Young Adult
- Category
- Fiction, Historical Fiction, Novel, Translation
- ISBN
- 9789995796709

You May Also Like
-
Tram għall-Ħajja
Regular price €16,00Sale price €16,00Unit price / per -
Suldat ta' Ricasoli: Rumanz Ispirat minn Avvenimenti Veri
Regular price €7,00Sale price €7,00Unit price / per -
Il-Ħares tal-Fortizza
Regular price €9,00Sale price €9,00Unit price / per -
Logħob mill-Imgħoddi
Regular price €12,00Sale price €12,00 Regular price €14,00Unit price / perSaving
Għoljet il-Qasab