Il-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws by Frank L. Baum
Malti
Malti
Il-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws / The Life and Adventures of Santa Claus ta' Frank L. Baum u maqlub għall-Malti minn Matthew Scerri. L-ewwel edizzjoni ta' dan il-ktieb ħarġet għall-bejgħ fl-1902. Sal-lum il-ġurnata għadu wieħed mill-iktar kotba popolari ta' Baum, tant li fl-aħħar mija u għaxar snin kellna diversi edizzjonijiet tiegħu.
Ir-rakkont jibda mill-mument tal-addozzjoni tiegħu mill-Fatina Neċile fil-Foresta ta' Burzee u jkompli pass pass tul ħajtu kollha: il-wasla f'Wied il-Għors; il-ħdim tal-ġugarelli għat-tfal; il-ksib tal-immortalità u ħafna episodji oħrajn. L-istil hu wieħed mexxej u b'sempliċità Baum jispjega lill-qarrejja l-bidu tat-tradizzjonijiet kollha marbuta mal-Milied, bħal pereżempju s-siġra tal-Milied. Għalkemm Baum dejjem emmen li l-vjolenza m'għandhiex ikollha post fil-kotba tat-tfal, f'Il-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws hemm aspetti daqsxejn mudlama u vjolenti fil-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin. Kollox ma' kollox il-mertu kbir ta' Baum hu dak li ddeskriva lil Santa Klaws b'mod mill-aktar ħaj, iwassalna biex insiru nafuh aktar mill-qrib u fl-istess ħin jgħaddilna tagħlima morali.
'Hekk dan ir-raġel, bit-tjubija kbira tiegħu, rebaħ il-qalb ta' kulħadd; u mhix ħaġa tal-iskantament li kien dejjem kuntent u ferħan, għax ma kienx hemm dar fid-dinja kollha fejn ma kienx jiġi milqugħ aħjar mill-aqwa re.'
English
English
Il-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws (The Life and Adventures of Santa Claus) ta' Frank L. Baum ġie maqlub għall-Malti minn Matthew Scerri, Ph.D. L-illustrazzjonijiet saru minn Mario Portelli. L-ewwel edizzjoni ta' The Life and Adventures of Santa Claus ħarġet għall-bejgħ fl-1902. Sal-lum il-ġurnata, dan għadu wieħed mill-iktar kotba popolari li qatt kiteb Baum, tant li ġew ippubblikati diversi edizzjonijiet differenti ta' dan ix-xogħol. Ġew ippubblikati wkoll rumanz grafiku, żewġ cartoons animati u sensiela ta' animazzjonijiet ibbażati fuq dan il-ktieb.
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Frank L. Baum
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Children 8-12
- Category
- Children, Children 11-13, Children 8-10, Classic, Fiction, Translation
- ISBN
- 9789995704063

You May Also Like
-
'Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra
Regular price €9,95Sale price €9,95Unit price / per -
Pierre u Jean
Regular price €10,00Sale price €10,00Unit price / per -
Molière: Tartuffe - Il-Miskin
Regular price €16,50Sale price €16,50Unit price / per -
Meaulnes it-Twil
Regular price €10,00Sale price €10,00Unit price / per
Il-Ħajja u l-Avventuri ta' Santa Klaws