'Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra by Guy de Maupassant
"Sbuħija Moħlija" u stejjer oħra ta' Guy de Maupassant huma kollezzjoni ta' stejjer qosra maqlubin għall-Malti minn Toni Aquilina. Wieħed jista' jgħid mingħajr biża' li jiżbalja li Maupassant la kellu reliġjon u lanqas filosofija vera tal-ħajja. B'danakollu tinħass sew fih l-influwenza pessimista tal-filosfu Ġermaniż Arthur Schopenhauer. F'din il-ġabra, f'"Minwett" u "Sbuħija Moħlija" l-aktar li ser tidher tispikka din l-influwenza.
It-traduttur ma setax ma jinkludix ukoll storja li tittratta l-makabru, jew kif soltu nirreferu għalih, ir-rakkont fantastiku li tant u tant eċċella fih Guy de Maupassant. L-għażla waqgħet fuq "Id il-Maqruħ", ispirata minn 'rigal' li kien qala' mingħand Algernon Charles Swinburne bħala tifkira, meta saru midħla ta' xulxin fid-dar li ċertu Powel kellu Etretat fin-Normandija, fejn ġie mistieden wara s-sehem tiegħu biex isalvaw ħajjet il-poeta Ingliż mill-għarqa fis-sajf tal-1866.
Fin-Normandija hemm ambjentati talanqas terz mill-istejjer li kiteb Maupassant. Fil-fatt, hu baqa' fidil lejn art twelidu (le pays de Caux) sal-aħħar ta' ħajtu. Għad li f' "Il-Papa ta' Simon" u f'"Magħmudija" ma nsibux referenza diretta għal dan ir-reġjun m'hemmx dubju li huma ambjentati hemmhekk. Referenzi diretti għan-Normandija nsibuhom f' "Ix-Xwejjaħ Pa Milon" u f'"Il-Maqruħ". Biss, waqt li f'tal-ewwel l-aktar li tispikka hija t-tema tal-gwerra Franco-Prussjana tal-1870-71, f'tat-tieni jispikka, kif diġà għedt, il-makabru, u fin-nisġa tal-istorja n-Normandija t'alterna ma' Pariġi.
Il-maġġoranza tal-istejjer f'din il-ġabra fil-fatt huma għal kollox ambjentati f'Pariġi, ibda minn "Minwett" fejn l-azzjoni tiżvolġi fil-ġnien ta' Luxembourg, tkompli bir-rakkont "Ġifa" u spiċċa fin-novella "Sbuħija Moħlija". Fi "Vjaġġ Sanitarju" mbagħad niltaqgħu mal-koppja Panard li mill-Belt Kapitali titlaq lejn il-Mediterran biex tevita l-mard, iżda ma ddumx wisq ma tidħol lura minħabba malintiż pjuttost komiku. Daqstant ieħor komika l-istorja "Il-Karezzi" li r-referenza li hemm fiha għall-knisja ta' La Madeleine tagħmilha ovvja fejn joqogħdu l-protagonisti.
Imma t-traduttur għażel "Il-Karezzi" wkoll għax fiha Maupassant jitkellem fuq in-nisa. Nafu li hu kellu x'jaqsam ma' ħafna u ħafna nisa. Iżda fl-istess ħin xejn ma kellu opinjoni tajba tagħhom. Kien jarahom bħala kreaturi inferjuri imma li kapaċi ijassru lir-raġel bi ġmielhom u jekk ikun hemm bżonn saħansitra bl-istess dgħjufija tagħhom. Wieħed ma jiskantax għalhekk li hu kien ifittxhom għall-avventuri sesswali u xejn aktar.
Fl-aħħar nett Aquilina ma riedx iħalli barra l-element eżotiku li tant kienu jħobbu jdaħħlu f'kitbiethom l-awturi tal-epoka tiegħu. Id-drawwiet ħorox f'ambjent daqstant ieħor aħrax bħal dawk li wieħed kien jiltaqa' magħhom fil-gżira ta' Korsika jammontaw għal esperjenza għariba maqtugħa mir-rutina tal-ħajja kif kienu mdorrijin jgħixuha fl-hexagone. Wara "Vendetta", li dehret fit-tieni volum, hawnhekk qed jipproponi "Brigant Korsikan".
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Guy de Maupassant
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Adult
- Category
- Classic, Fiction, Short Stories, Translation
- ISBN
- 9789995701826
"Sbuħija Moħlija" u stejjer oħra ta' Guy de Maupassant hija kollezzjoni ta' stejjer qosra maqlubin għall-Malti minn Toni Aquilina. Maupassant la kellu reliġjon u lanqas filosofija vera tal-ħajja, iżda l-influwenza pessimista ta' Schopenhauer tinħass sew fih u tispikka f'dan il-ktieb. L-ebda traduttur li jrid jagħmel ġustizzja ma' de Maupassant ma jista' jħalli barra mill-inqas storja waħda li tittratta l-makabru, ir-rakkont li fih l-awtur kien eċċellenti. L-għażla ta' Aquilina waqgħet fuq "Id il-Maqruħ", ispirata minn rigal li kien qala' mingħand Algernon Charles Swinburne bħala tifkira meta saru midħla ta' xulxin f'Etretat (in-Normandija).
Terz mill-istejjer miktuba minn de Maupassant huma ambjentati fin-Normandija, billi l-awtur baqa' fidil lejn art twelidu sal-aħħar ta' ħajtu. Għalkemm f'"Il-Papa ta' Simon" u f'"Magħmudija" m'hemmx referenzi diretti għar-reġjun, m'hemmx dubju li dawn l-istejjer huma ambjentati hemmhekk. Referenzi diretti għan-Normandija nsibuhom f'"Ix-Xwejjaħ Pa Milon" u f'"Id il-Maqruħ". Fl-ewwel waħda, it-tema ewlenija hija l-gwerra Franco-Prussjana tal-1870-71, filwaqt li fit-tieni waħda hija l-makabru, u fin-nisġa tal-istorja n-Normandija t'alterna ma' Pariġi. F'"Minwett" u "Ġifa", l-azzjoni tiżvolġi fil-ġnien ta' Luxembourg. Fi "Vjaġġ Sanitarju", niltaqgħu ma' koppja miżżewġa li titlaq mill-Belt Kapitali lejn il-Mediterran biex tevita l-mard, iżda li terġa' lura ftit wara minħabba malintiż komiku. Daqstant ieħor komika hija l-istorja "Il-Karezzi" fejn referenza għall-knisja ta' La Madeleine ma tħalli ebda dubju lill-qarrej dwar fejn joqogħdu l-protagonisti.
It-traduttur għażel ukoll "Il-Karezzi" għaliex hawnhekk de Maupassant jitkellem dwar in-nisa u lkoll nafu li kien kellu relazzjonijiet ma' ħafna nisa. Iżda fl-istess waqt, ma kienx iżommhom f'qima kbira. Kien jarahom bħala kreaturi inferjuri kapaċi jassru lill-irġiel bis-sbuħija tagħhom, u jekk ikun hemm bżonn, anke bid-dgħufijiet tagħhom. Għaldaqstant, wieħed ma jistagħġibx li kien ifittex lin-nisa esklussivament għal laqgħat sesswali. Fl-aħħar nett, Aquilina ma riedx iħalli barra l-element eżotiku fix-xogħol ta' de Maupassant, li bosta awturi ta' żmienu kienu jħobbu jżewqu bih il-kitbiet tagħhom. Id-drawwiet ħorox f'ambjent daqstant ieħor aħrax li wieħed kien jiltaqa' magħhom f'Korsika kienu jammontaw għal esperjenza stramba barra mir-rutina normali tal-ħajja ta' kuljum għan-nies fi Franza. "Vendetta", li ħarġet fit-tieni volum tal-istejjer qosra ta' Maupassant diġà maqluba għall-Malti, hija segwita hawnhekk minn "Brigant Korsikan".

More by Guy de Maupassant
-
Pierre u Jean
Regular price €10,00Sale price €10,00Unit price / per
You May Also Like
-
Pierre u Jean
Regular price €10,00Sale price €10,00Unit price / per -
Molière: Tartuffe - Il-Miskin
Regular price €16,50Sale price €16,50Unit price / per -
Meaulnes it-Twil
Regular price €10,00Sale price €10,00Unit price / per -
L-Intruża u L-Għomja / L’Intruse et Les Aveugles
Regular price €8,50Sale price €8,50Unit price / per
'Sbuħija Moħlija' u stejjer oħra