Skip to product information

Il-Metamorfosi / The Metamorphosis by Franz Kafka

Regular price €9,75
Sale price €9,75
Tax included.

Malti

Il-Metamorfosi / The Metamorphosis ta' Franz Kafka, li kien meqjus bħala wieħed mill-ikbar figuri tal-letteratura tas-seklu għoxrin, hija l-istorja ta' raġel li ttrasforma ruħu f'insett ġgantesk forma ta' wirdiena. W.H. Auden kiteb, 'Kafka huwa importanti għalina għaliex is-sitwazzjonijiet li sab ruħu fihom huma l-istess bħal dawk tan-nies tal-lum.'

'L-arti kollha ta' Kafka hi dik li tobbliga lill-qarrej jaqra mill-ġdid. L-għeluq fix-xogħlijiet tiegħu, jew in-nuqqas tagħhom, jissuġġerixxu spjegazzjonijiet, iżda li ma jintwerewx b'mod ċar u jesiġu, sabiex jidhru msejsa tajjeb, li jerġgħu jinqraw minn angolu differenti. Xi minn daqqiet, fihom possibbiltà doppja ta' interpretazzjoni, li minħabba fiha jinħass il-bżonn ta' qari ripetut. Dan hu li jfittex jagħmel l-awtur. Imma jiżbalja min ikun irid jinterpreta kollox fid-dettall meta jaqra lil Kafka. Simbolu dejjem jittieħed b'mod ġenerali u, preċiża kemm tkun it-traduzzjoni tiegħu, artist irodd il-moviment li fih sa fejn jista' biss: ma teżistix traduzzjoni kelma għal kelma. Barra minn hekk, xejn mhu aktar diffiċli milli tifhem xogħol simboliku. Simbolu dejjem jisboq lil min jagħmel użu minnu u jġiegħlu jgħid fil-fatt aktar milli jkun konxju li esprima. F'dan ir-rigward, l-aktar mod żgur kif tifhmu, huwa dak li ma tipprovokahx, li x-xogħol tidħol għalih b'moħħ miftuħ mingħajr prekonċetti u bla ma tfittex il-kurrenti sigrieti li fih. Għal Kafka, b'mod partikkolari, jixraq li dak li jkun joqgħod għal-logħba tiegħu, li jidħol ... għar-rumanz permezz tal-forma.'

It-Tama u l-Assurd fix-Xogħol ta' Franz Kafka

Kitba ta' Albert Camus

English

Il-Metamorfosi / The Metamorphosis ta' Franz Kafka, li kien meqjus bħala wieħed mill-ikbar figuri tal-letteratura tas-seklu għoxrin, hija l-istorja ta' żagħżugħ li ttrasforma ruħu mil-lejl għan-nhar f'insett ġgantesk forma ta' wirdiena. Huwa sar oġġett ta' mistħija għall-familja tiegħu, barrani f'daru stess, raġel aljenat minn kollox. W.H. Auden kiteb, 'Kafka huwa importanti għalina għaliex id-diffikultajiet tiegħu huma d-diffikultajiet tal-bniedem modern.'

Il-Metamorfosi / The Metamorphosis ġiet tradotta għall-Malti minn Manwel Cutajar u hija l-erbatax-il ktieb fis-sensiela ta' traduzzjonijiet ta' Faraxa. Hija disponibbli f'edizzjoni stampata (paperback).

  • Free delivery in Malta
  • Secure checkout
  • Published in Malta since 2011

Book details

Author
Franz Kafka
Language
Maltese
Format
Paperback
Age group
Adult
ISBN
9789995748821
Il-Metamorfosi / The Metamorphosis

Il-Metamorfosi / The Metamorphosis

Regular price €9,75
Sale price €9,75