Jugosllav by Ana Vučković
Malti
Malti
Dal-ktieb hu t-tletin traduzzjoni mill-Kulluna Traduzzjonijiet Faraxa. Xogħol tal-awtriċi Serbjana Ana Vučković, 'Bis-saħħa ta' din it-traduzzjoni, issa għandna bil-Malti għall-ewwel darba ktieb sħiħ li fih awtur jesprimi t-thewdin tiegħu bit-teknika tan-nixxiegħa tal-ħsieb (stream of consciousness technique).'
Hawnhekk, fil-każ ta' dan il-ktieb partikulari, l-awtriċi thewden fuq l-għajbien ta' missierha fuq l-isfond tal-waqgħa tal-eks Jugoslavja.
Agħtini l-Jugoslavja fejn kien hemm ix-xogħol kif ukoll id-divertiment, u fejn stajna nagħmlu kwalunkwe ħaġa, ara biss li ma tħallihiex tixbaħ il-ħajja. (Ana Vučković)
'Jugoslav hu l-ewwel u qabel kollox poema eliġijaka li tittratta ż-żmien li l-protagonista qattgħet ma' missierha, b'enfasi speċjali fuq iż-żmien li fih ġiet assassinata l-Jugoslavja ... deskritt b'mod straordinarjament raffinat li mhux ġej minn studju post-factum tal-antenati, imma pjuttost mill-memorji tal-awtriċi. U jweġġgħu ħafna, ukoll. Għaldaqstant, immexxija mid-don u t-talent lingwistiku tagħha stess, il-protagonista telliefa t'Ana Vučković jirnexxilha tisforza u tibqa' għaddejja mill-epoka li spiċċat u ma titreġġax lura, tagħmel mal-imgħoddi, sa ma madankollu jirnexxilha ssib il-mezz kif toħroġ minnu.'
Kwotazzjoni mill-istudju tal-kritiku Srđan Srdić / Vladimir Arsenic, miġjub għall-Malti wkoll fl-aħħar tal-ktieb Jugoslav.
English
English
Dal-ktieb hu t-tletin traduzzjoni mill-Kulluna Traduzzjonijiet Faraxa. Hu xogħol l-awtriċi Serbjana Ana Vučković. 'Bis-saħħa ta' din it-traduzzjoni, issa għandna għall-ewwel darba ktieb sħiħ bil-Malti li fih l-awtur jesprimi t-thewdin tiegħu bit-teknika tan-nixxiegħa tal-ħsieb (stream of consciousness technique).'
Hawnhekk, fil-każ ta' dan il-ktieb partikulari, l-awtriċi thewden fuq l-għajbien ta' missierha fuq l-isfond tal-waqgħa tal-eks Jugoslavja.
Agħtini l-Jugoslavja fejn kien hemm ix-xogħol kif ukoll id-divertiment, u fejn stajna nagħmlu kwalunkwe ħaġa, ara biss li ma tħallihiex tixbaħ il-ħajja. (Ana Vučković)
'Jugoslav hu l-ewwel u qabel kollox poema eliġijaka li tittratta ż-żmien li l-protagonista qattgħet ma' missierha, b'enfasi speċjali fuq iż-żmien li fih ġiet assassinata l-Jugoslavja ... deskritt b'mod straordinarjament raffinat li mhux ġej minn studju post-factum tal-antenati, imma pjuttost mill-memorji tal-awtriċi. U jweġġgħu ħafna, ukoll. Għaldaqstant, immexxija mid-don u t-talent lingwistiku tagħha stess, il-protagonista telliefa t'Ana Vučković jirnexxilha tisforza u tibqa' għaddejja mill-epoka li spiċċat u ma titreġġax lura, tagħmel mal-imgħoddi, sa ma madankollu jirnexxilha ssib il-mezz kif toħroġ minnu.'
Kwotazzjoni mill-istudju tal-kritiku Srđan Srdić / Vladimir Arsenic, miġjub għall-Malti wkoll fl-aħħar tal-ktieb Jugoslav.
'Ana Vučković (1984- ), gradwata fid-drammaturġija mill-Università ta' Belgrad, hi awtriċi u skriptista Serbjana. Ippubblikat ġabra ta' stejjer u xi rumanzi; wieħed mir-rumanzi tagħha Jugoslav (2019), miktub fl-ewwel persuna, kien finalista għall-Premju għall-Aħjar Rumanz tas-Sena (li hu premju letterarju prestiġjuż Serb li jingħata kull sena għal rumanz ġdid u pendenti ppubblikat fis-Serb). Dan ir-rumanz Jugoslav ġie tradott mis-Serb għall-Ingliż mis-Serbjana Nataša Srdić (1984- ) li hi wkoll gradwata mill-Università ta' Belgrad. Hija ggradwat fl-ilsien u l-letteratura Ingliża, u eventwalment saret traduttriċi letterarja. Fil-fatt, hija traduċiet ħafna kotba mis-Serb għall-Ingliż u bil-kontra.
'Issa r-rumanz ġie tradott mill-Ingliż għall-Malti minn Toni (Anthony) Aquilina (1954- ) li hu professur tal-Franċiż u traduttur letterarju ewlieni.
'It-titlu Jugoslav jalludi għall-aspett personali ta' persuna li baqgħet Jugoslava ħajjitha kollha u għal ċittadin komuni tal-Jugoslavja. U l-kuntest tar-rumanz hu ssettjat fil-kultura Jugoslava hekk kif in-narratriċi tiżvolġi avvenimenti maħżuna fil-memorja tagħha biex tiżvela l-għajbien ta' era, filwaqt li tiddeskrivi l-qawmien ta' raġel u l-waqgħa tiegħu aktar tard, u l-ħajja darba komuni ta' familja (li jiffurmaw il-bażi tar-rumanz). B'mod ġenerali, ix-xogħol għandu tendenza li jkun melankoniku hekk kif jittratta t-telf ta' qarib għażiż u hu viċin ħafna ta' eleġija fil-proża.
'Wara l-mewt ta' missierha (li baqa' Jugoslav tul ħajtu kollha), il-protagonista tirriġenera r-relazzjoni tagħha miegħu, u b'mod ġenerali tpinġi mumenti ta' tfulitha bħala esperjenzi hienja miegħu u mal-familja tagħha. Dawn l-episodji huma ppożizzjonati ħdejn il-kultura soċjali ta' kuljum hekk kif il-Jugoslavja (bi kliem Srdić) kienet qed tiġi assassinata (p.111). In-narrazzjoni tinbidel mill-mumenti privati u intimi għall-avvenimenti soċjali u komuni li jwasslu lin-narratriċi biex tirrifletti fuq kunsiderazzjonijiet eżistenzjali tal-ħajja umana fil-kultura Jugoslava ta' kuljum tal-passat. Għalhekk tittratta taħlita ta' temi, bħal: il-ferħ li tkun mal-familja d-dar, is-soċjabbiltà, il-laqgħa mal-missier fil-belt, ambizzjonijiet professjonali u artistiċi, ħbiberija, ix-xewqa li tivvjaġġa, l-imħabba, u s-sesswalità.
'Il-verżjoni Maltija ta' Aquilina hi traduzzjoni ta' traduzzjoni.
'Irridu nħarsu lejn it-traduzzjoni fil-kuntest wiesa' tal-komunikazzjoni umana. U nsibu li l-komunikatur monolingwi hu differenti mit-traduttur bilingwi. Il-komunikatur monolingwi jikkodifika messaġġi fl-ilsien użat mir-riċevituri tat-test; pereżempju, kittieb Malti jikteb bil-Malti għall-Maltin. It-traduttur, min-naħa l-oħra, jiddekodifika messaġġi kkomunikati f'ilsien wieħed (L1) u jerġa' jikkodifikahom f'ieħor (L2): hu xorta ta' aġent medjatur bilingwi. U fi traduzzjoni ta' traduzzjoni hemm proċess ta' rikodifikazzjoni differenti. It-traduttur il-ġdid jieħu l-messaġġi li diġà ġew rikodifikati f'L2 biex jipproduċi rikodifikazzjoni oħra f'ilsien terz (L3). Fi kliem sempliċi, fit-traduzzjoni għandna l-proċess L1→L2, u fi traduzzjoni ta' traduzzjoni għandna l-proċess L1→L2→L3. Għalhekk fi traduzzjoni ta' traduzzjoni għandna interpretazzjoni ta' interpretazzjoni għaliex kull traduzzjoni hi interpretazzjoni.
'L-għażla ta' kliem Aquilina fil-verżjoni tiegħu (eż. banju minflok xawer, kakka minflok ħmieġ, qaħbeċ minflok imniefaħ, qlejzietha minflok ix-xorz tagħha, żejżietek minflok sidrek, żibdi minflok tal-butir, jitferċħu minflok b'saqajhom imfettħin) hi parti mill-interpretazzjoni tiegħu. Iżda hu jżomm il-karatteristika essenzjali tar-rumanz oriġinali u bil-Malti jippreżenta vojt temporali fin-narratriċi wara l-mewt ta' missierha. U minkejja dan il-vojt narawha tikkunsidra t-tluq tiegħu.
'It-tul tal-kapitli tar-rumanz hu sinifikanti għaliex ivarja minn qosra ħafna (bħall-kapitli dwar Mewt, p.5, u Kafè, p.40) għal ħafna paġni twal (bħal Mirjana, p.50-57, u Il-Platt, p.58-70). Barra minn hekk, il-kapitli huma ppreżentati f'paragrafu wieħed biss – allura kapitlu ta' 12-il paġna jikkonsisti f'paragrafu wieħed twil biss. Kunsinna bħal din tgħinna nimmaġinaw il-proċessi mentali tan-narratriċi. Il-kontenut ta' kull kapitlu jinżamm fil-konfini ta' paragrafu wieħed biex jimplika li m'hemmx konfini bejn il-fluss ta' ideat ittrattati f'kapitlu partikulari. U l-fluss bla waqfien tal-ħsibijiet tan-narratriċi (li jħalltu l-ħolma mar-realtà) jgħinna naslu malajr għall-esperjenza maħsuba u biex nagħtuna l-impressjoni li l-ħidmiet tal-moħħ ma ġewx iċċensurati. Mumenti ta' wġigħ ta' qalb spiss ikunu mħallta ma' xi umoriżmu jew ironija. U fuq livell ġenerali, dak il-fluss imiss il-universali fin-natura umana.
'Fit-traduzzjoni interlingwali ta' Aquilina nistgħu naraw l-enerġija ta' ilsienna bħala element fil-ġlieda kulturali ta' żminijietna. Ix-xogħol tiegħu fih il-kwalitajiet espressivi tal-Malti hekk kif ifittex li jagħti enerġija lill-proża tiegħu b'ċarezza, espliċitezza, u ritmu flimkien mas-sens. Fiha nnifisha din il-proċedura hi pjuttost kreattiva. L-approċċ tiegħu hu li jaqbad l-enerġija ta' kull kapitlu u jfittex li jaħrab mill-ġakketta stretta tat-tradizzjoni, speċjalment permezz ta' taħlita ta' informalità u arkajżar.'
Reviżjoni minn Charles Briffa, Professur tal-Malti u t-Traduzzjoni fl-Università ta' Malta.
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Ana Vučković
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Adult
- Category
- Fiction, Novel, Translation
- ISBN
- 9789995796839

You May Also Like
-
Tram għall-Ħajja
Regular price €16,00Sale price €16,00Unit price / per
Jugosllav
