Skip to product information

Milarepa by Éric-Emmanuel Schmitt

Regular price €12,00
Sale price €12,00
Tax included.

Malti

L-ewwel volum fiċ-Ċiklu tal-Inviżibbli ta' Éric-Emmanuel Schmitt.

Mil-lat ta' kontenut dal-ktieb jittratta r-reliġjon Buddista.

Fuq il-livell tal-aspett temporali, fih taħlita ta' żewġ realtajiet:

In-narratur tal-istorja kollha kemm hi, Simon, jgħix f'Pariġi tal-lum filwaqt li f'ħajja preċedenti fil-passat imbiegħed kien jgħix it-Tibet ġewwa l-Asja bħala Svastika.

Dan Svastika kien jiġi z-ziju ta' Milarepa, il-personaġġ prinċipali u eponimu tal-ktieb. Huwa permezz ta' ħolma rikorrenti li Simon isir jaf l-istorja ta' Milarepa u Svastika; jara l-pajsaġġ għarib, misterjuż, mhux magħruf, imma għadu mhux jifhem kollox. Il-ħolma titfaċċa kull lejl u tħalli fuq Simon impressjonijiet dejjem aktar b'saħħithom li jinfluwenzaw imġibtu. Darba jmur f'bar u jsir midħla ta' waħda mara "kewtiela" li tfiehmu kollox hi...

(Minn studju qasir tat-traduttur fl-aħħar tal-istorja.)

English

L-ewwel volum fiċ-Ċiklu tal-Inviżibbli (Cycle de l’invisible) ta' Éric-Emmanuel Schmitt.

Mil-lat ta' kontenut, dan il-ktieb jirrifletti fuq il-Buddiżmu.

Minn aspett temporali, dan il-ktieb jinkludi żewġ realtajiet:

In-narratur matul l-istorja kollha huwa Simon, li jgħix f'Pariġi ta' żmienna, iżda li kien jgħix it-Tibet bħala Svastika fil-ħajja preċedenti tiegħu.

Svastika kien iz-ziju ta' Milarepa, il-protagonist eponimu tal-istorja. Huwa permezz ta' ħolma rikorrenti li Simon isir jaf bl-istorja ta' Milarepa u Svastika; jara pajsaġġ stramb, misterjuż u mhux magħruf, imma għadu konfuż. Ikollu din il-ħolma kull lejl u tħalli fuq Simon impressjonijiet dejjem aktar qawwija li jibdew jinfluwenzaw l-imġiba tiegħu. Darba waħda, ikun f'bar u jibda jkellem mara intelliġenti li tispjegalu kollox...

(Minn studju analitiku qasir tat-traduttur fl-aħħar tal-istorja.)

  • Free delivery in Malta
  • Secure checkout
  • Published in Malta since 2011

Book details

Author
Éric-Emmanuel Schmitt
Language
Maltese
Format
Paperback
Age group
Adult
ISBN
9789918260263
Milarepa

Milarepa

Regular price €12,00
Sale price €12,00