Passjoni Sempliċi by Annie Ernaux
Malti
Malti
Passjoni Sempliċi / Passion Simple ta' Annie Ernaux, rebbieħa tal-Premju Nobel fil-Letteratura 2022, u maqlub għall-Malti b'annotazzjonijiet minn Toni Aquilina.
Hawnhekk l-awtriċi taqsam magħna dak li għaddiet minnu waqt ir-relazzjoni li kellha ma' raġel miżżewweġ.
'Il-fatt li A. kien barrani kien jagħmel ferm aktar improbabbli kwalunkwe interpretazzjoni ta' mġibtu, imsejsa kif kienet fuq kultura li tagħha kont naf biss l-aspett turistiku, il-klixejiet. Għall-ewwel ħsibt naqta' qalbi minħabba l-limiti evidenti biex inkunu nistgħu niftiehmu bejnietna, imsaħħin mill-fatt li, jekk hu kien jesprimi ruħu bil-Franċiż mhux ħażin, jien ma kontx naf nitkellem b'ilsienu. Imbagħad dis-sitwazzjoni kienet teħlisni mill-illużjoni li nemmen f'xi tip ta' komunikazzjoni perfetta bejnietna, biex ma ngħidx li nsiru ħaġa waħda. Billi kien hemm naqra ta' qabża bejn il-Franċiż tiegħu u l-użu kurrenti tal-lingwa, billi xi minn daqqiet kont niġi bejn ħaltejn dwar it-tifsira li kien jagħti lil xi kelma jew oħra, jiena kont kull ħin u kull mument inqejjes biex nara xi jkun irid jgħid bejn wieħed u ieħor. Kelli l-privileġġ ngħix sa mill-bidu nett, kontinwament, b'għajnejja miftuħin beraħ, dak li dejjem tispiċċa biex tiskopri b'għaġeb kbir għalik u b'fixla kbira fuqek - ir-raġel li tħobb int hu għarib.'
Passjoni Sempliċi / Passion Simple huwa l-ħmistax-il ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.
English
English
Passjoni Sempliċi / Passion Simple ta' Annie Ernaux, rebbieħa tal-Premju Nobel fil-Letteratura 2022, ktieb imfaħħar min-New York Times u l-aktar ktieb li nbiegħ fi Franza għal tmien xhur sħaħ. Kien finalista fil-Kategorija tat-Traduzzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019.
Maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, Passjoni Sempliċi jiddokumenta x-xewqat u l-umiljazzjonijiet ta' qalb umana maqbuda f'passjoni li tikkonsma kollox. Hekk kif in-narratriċi tipprova tfassal il-kors emozzjonali u fiżiku tar-relazzjoni ta' sentejn li kellha ma' barrani miżżewweġ, fejn kull kelma, avveniment u persuna jew jipprovdu konnessjoni mal-maħbub tagħha jew huma soġġetti għal indifferenza kiesħa, hija tfittex il-verità wara eżistenza li tgħixha għal xi ħadd ieħor, u wara li jgħaddi kollox, jirnexxilha ssibha.
Passjoni Sempliċi / Passion Simple huwa l-ħmistax-il ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Annie Ernaux
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Adult
- Category
- Fiction, Literary Fiction, Novel, Romance, Translation
- ISBN
- 9789995748807

More by Annie Ernaux
-
L-Avveniment
Regular price €13,00Sale price €13,00Unit price / per
You May Also Like
-
Oscar u s-Sinjura Roża
Regular price €7,50Sale price €7,50Unit price / per -
Kunċert b’Tifkira ta’ Anġlu
Regular price €12,00Sale price €12,00Unit price / per
Passjoni Sempliċi