Skip to product information

Oscar u s-Sinjura Roża by Éric-Emmanuel Schmitt

Regular price €7,50
Sale price €7,50
Tax included.

Malti

Oscar u s-Sinjura r-Roża / Oscar et la dame rose ta' Eric-Emmanuel Schmitt u maqlub għall-Malti minn Claudine Borg hu l-għaxar ktieb fis-Sensiela Traduzzjoni Faraxa.

Din l-istorja tirrakkonta l-mewt ta' tifel ta' għaxar snin marid b'marda terminali. Storja ta' qsim il-qalb u tama fl-istess ħin għax għalkemm tittratta telfa tagħti wkoll lok għal tbissim, umoriżmu u apprezzament għal-ħajja.

Fiha nsibu tlettax-il ittra miktubin miċ-ċkejken Oscar u indirizzati lil Alla, misjubin wara mewtu mis-sinjura r-roża, figura enigmatika u kruċjali fil-ħajja tat-tifel.

'Allura, Oscar, ma' Peggy, serja l-affari?'

'U kif serja, Nanna-Roża. Jiena kuntent immens. Iżżewwiġna dal-lejl.'

'Iżżewwiġtu?'

English

Oscar u s-Sinjura r-Roża / Oscar et la dame rose ta' Eric-Emmanuel Schmitt, maqlub għall-Malti minn Claudine Borg, huwa parti mis-Sensiela Traduzzjoni FARAXA.

Dan il-ktieb huwa rakkont li jgħolli l-ispirtu dwar tifel li jrid jasal għal ftehim mal-mewt. 'Jisimni Oscar u għandi għaxar snin... Jgħajtu lili 'Egghead' u qisni għandi sebgħa. Ngħix l-isptar minħabba l-kanċer u qatt ma ktibtlek għax lanqas naf jekk teżistix,' jikteb Oscar f'ittra lil Alla. Oscar huwa marid u ħadd, speċjalment il-ġenituri tiegħu, ma jrid jgħidlu dak li hu diġà jaf: li qed imut. Nanna-Roża, l-iktar waħda xjuħija mis-'sinjuri fir-roża' li jżuru lil Oscar u lill-pazjenti l-oħra, issir ħabiba tiegħu. Hija tissuġġerixxi li jilagħbu logħba: li jagħmlu ta' birruħhom li kull wieħed mit-tnax-il jum li ġejjin huwa għaxar snin mill-futur immaġinat tiegħu. Ġurnata waħda tkun daqs għaxar snin, u kull lejl Oscar jikteb ittra lil Alla u jirrakkuntalu dwar ħajtu. L-għaxar ittri li jsegwu huma sensittivi, umoristiċi, ta' qsim il-qalb u, fl-aħħar mill-aħħar, ta' ispirazzjoni. Oscar u s-Sinjura r-Roża hija ħrafa żgħira b'qalb kbira; se tbiddel il-mod kif tħossok dwar il-mewt u l-ħajja.

  • Free delivery in Malta
  • Secure checkout
  • Published in Malta since 2011

Book details

Author
Éric-Emmanuel Schmitt
Language
Maltese
Format
Paperback
Age group
Young Adult
ISBN
9789995782849
Oscar u s-sinjura r-roża / Oscar et la dame rose

Oscar u s-Sinjura Roża

Regular price €7,50
Sale price €7,50