Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri tal-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran by Éric-Emmanuel Schmitt
Malti
Malti
Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran ta' Eric-Emmanuel Schmitt hu maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, D. es L. Dan hu t-tmien ktieb tas-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.
F'Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran insibu lil Schmitt jirrakkonta l-istorja mil-lenti tal-adult Momo li jħares lura lejn l-adoloxxenza u jiftakar fil-konverżazzjonijiet li kien ikollu max-xwejjaħ Ibrahim. Momo trabba mingħajr omm u kellu lil missieru jbati bid-dipressjoni. Hu ltaqa' ma' xwejjaħ Tork li kellu ħanut tal-merċa. Momo kien jisirqu kemm-il darba lit-Tork imma xorta waħda spiċċa biex irabbih meta missier Momo miet.
English
English
Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran / Monsieur Ibrahim et les Fleurs du Coran ta' Eric-Emmanuel Schmitt, maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, D. es L. Dan hu t-tmien ktieb tas-Sensiela Traduzzjonijiet FARAXA.
Id-dramm Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran hu ambjentat f'viċinat ta' klassi ħaddiem f'Pariġi f'nofs is-seklu għoxrin. Tifel Lhudi żgħir, li qed jikber mingħajr omm u b'missier li jbati mid-dipressjoni, jiltaqa' ma' anzjan Tork li għandu ħanut tal-merċa u li t-tifel jisirqu regolarment. It-tnejn, madankollu, jiżviluppaw relazzjoni mhux tas-soltu. L-anzjan Tork jadotta lit-tifel żgħir meta missier dan tal-aħħar jikkommetti suwiċidju... Id-dramm ġie addattat ukoll f'film Franċiż b'sehem Omar Sharif u dirett minn Francois Dupeyron.
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Éric-Emmanuel Schmitt
- Language
- Maltese
- Format
- Paperback
- Age group
- Adult
- Category
- Fiction, Novel, Translation
- ISBN
- 9789995748050
'It-traduzzjoni hi arti fiha nnifisha, hi proċess kreattiv marbut ma' test barrani għat-traduttur. Is-sengħa li biha awtur imexxi test biex jgħaddi minn lingwa għal oħra tinvolvi għadd ta’ kompetenzi, fosthom l-għarfien sħiħ taż-żewġ ilsna. Il-Professur Toni Aquilina għandu l-ħila li jaqra t-testi b’għajn xjentifika daqskemm letterarja, u jistudja t-testi bħal sistema organika sħiħa u waħda, bil-partijiet kollha mdaħħlin fil-bini tat-test. It-traduzzjonijiet diversi tiegħu mill-Franċiż huma turija ta’ xogħol magħmul bi xjenza u b’arti, b’għarfien tekniku u b’rispett. Il-kelma Maltija tiegħu hi dejjem f’postha, imqiegħda b’għaqal biex mhux biss trodd it-tifsira tal-ewwel lingwa, imma wkoll biex tinserixxi ruħha fil-kumpless ġdid, it-test maħluq mit-traduttur. Aquilina jrodd testi li għandhom mhux biss rabta rispettuża mat-test ewlieni, imma wkoll identità propja, tant li jinħassu l-ħin kollu bħallikieku kienu testi oriġinali, miktubin bil-Malti. Bħala mgħallem tal-kelma, kemm Franċiża u kemm Maltija, huwa jagħżel il-kelma preċiża u jinseriha f’postha f’relazzjoni mal-kumplament.
'F’dan ir-rumanz, Toni Aquilina qiegħed juri s-serjetà u r-reqqa tiegħu, fit-traduzzjoni tad-diskors dirett, tal-konverżazzjoni, minħabba li dan hu xogħol mibni fuq sensiela ta’ kwadratti li l-azzjoni tagħhom hi aktar irrakkontata bil-fomm tal-persunaġġi nfushom milli mwettqa b’mod fiżiku, reali. Il-ħeffa naturali tat-test oriġinali tinħass hawn ukoll, minnufih, bi kliem preċiż, b’idjoma li toħroġ dritt minn fomm il-persunaġġi ewlenin, li huma ftit imma li jokkupaw l-ispazju f’ġirja mingħajr waqfien ta’ ġrajjiet traġiċi.
'Din id-darba, aktar minn drabi oħrajn, Aquilina qiegħed joffri eżempju ta’ traduzzjoni li formalment hi xogħol narrativ, waqt li essenzjalment hi xogħol drammatiku, teatrali. Għal darb’oħra huwa qiegħed juri li l-ilsien Malti fl-idejn ta’ mgħallem ma għandu xejn nieqes biex ilaħħaq mal-ilsna l-kbar.'
Oliver Friggieri

More by Éric-Emmanuel Schmitt
-
Kunċert b’Tifkira ta’ Anġlu
Regular price €12,00Sale price €12,00Unit price / per -
Lejl in-Nar
Regular price €15,00Sale price €15,00 Regular price €17,95Unit price / perSaving -
Oscar u s-Sinjura Roża
Regular price €7,50Sale price €7,50Unit price / per
You May Also Like
-
Tram għall-Ħajja
Regular price €16,00Sale price €16,00Unit price / per
Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri tal-Koran / ...
