Negħlbu d-Diżordni by Dion P. P. Pizzuto
Over Coming Disorder hija ġabra ta’ poeżija li ddur mal-ġlieda ta’ kuljum tal-poeta, Dion P.P. Pizzuto, mal-OCD, u titfa’ dawl qawwi fuq is-saħħa mentali. Il-ġabra tmiss ukoll temi ta’ kreattività u ħbiberija, fost oħrajn.
'Ilni nbati mill-OCD (Disturb Ossessiv-Kompulsiv) minn mindu niftakar u l-kitba ta’ dan il-ktieb għenitni nlaħħaq miegħu. Sibtha terapewtika ħafna li nikteb dak kollu ta’ wġigħ li kien qed jiġrili, sabiex nissepara lili nnifsi minnu u nipprova nara l-affarijiet minn perspettiva ġdida. Nittama li dan il-ktieb jgħin lill-qarrejja tiegħi bl-istess mod, u jkun terapewtiku għal dawk li jaqrawh.
'Għal ħafna snin id-disturb tiegħi ma kellux isem, iżda l-OCD xorta affettwa miljuni ta’ nies bħali madwar id-dinja. Illum il-ġurnata, in-numru ta’ persuni li jbatu mill-OCD għadu qed jiżdied. Aktar ma wieħed isir jaf dwar id-disturb, aktar ikollu munizzjon biex jiġġieled kontrih, jew jitgħallem jgħix miegħu. L-OCD jista’ jkun li għadu ma qatilnix, imma żgur li tturmenta ħajti u għamel l-eżistenza tiegħi battalja kostanti. Nagħti kollox biex neħles minnu.
'Kemm jekk tbati minn tendenzi ħfief ta’ OCD, jew tiġġieled każ sever ta’ OCD, dan il-ktieb jista’ jkun ta’ għajnuna għalik u għal oħrajn biex tidentifikaw il-fatt u tirrealizzaw li m’intix waħdek fit-tbatija tiegħek u tħeġġiġkom biex tfittxu l-għajnuna. Meta t-tiftix tagħna għall-perfezzjoni jikkompeti mal-ferħ li ngħixu fil-preżent u fil-lum, il-ferħ jintefa. Is-sejba tal-bilanċ it-tajjeb hija dejjem l-isfida.'
- Free delivery in Malta
- Secure checkout
- Published in Malta since 2011
Book details
- Author
- Dion P. P. Pizzuto
- Language
- English
- Format
- Paperback
- Age group
- Adult
- Category
- Poetry, Voices of Awareness
- ISBN
- 9789995796877

More by Dion P. P. Pizzuto
-
Xewqa Kompulsiva Waħda
Regular price €7,00Sale price €7,00Unit price / per -
Oranġjo bil-Garżi
Regular price €9,00Sale price €9,00Unit price / per
You May Also Like
-
Ħarsa oħra lejn Għawdex
Regular price €7,50Sale price €7,50Unit price / per -
Planetarju
Regular price €10,00Sale price €10,00Unit price / per -
Oranġjo bil-Garżi
Regular price €9,00Sale price €9,00Unit price / per
Negħlbu d-Diżordni