Skip to product information

Il-Maqlub u s-Sewwa by Albert Camus

Regular price €9,99
Sale price €9,99
Tax included.

Il-Maqlub u s-Sewwa / L'Envers et l'Endroit tal-awtur famuż mad-dinja kollha u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus. Din it-traduzzjoni Maltija annotata hija xogħol il-Prof. Toni Aquilina, D. es L..

Dan il-ktieb huwa l-ewwel pubblikazzjoni ta’ Camus (édition Charlot) meta kien għadu fil-bidu tal-għoxrinijiet tiegħu, u kien għadu jgħix l-Alġerija lura fl-1937. Skont l-istess ammissjoni tal-awtur, il-ħames testi ta’ Il-Maqlub u s-Sewwa huma l-aktar xogħlijiet awtobijografiċi tiegħu. Aktar tard, fl-1958, reġa’ ppubblikahom (édition Gallimard), fejn inkluda prefazju twil (tradott ukoll bil-Malti), maħsub biex jiġġustifika l-pubblikazzjoni mill-ġdid tagħhom minkejja li kien konxju ta’ dak li hu kien iqis bħala imperfezzjonijiet stilistiċi fil-kitba tiegħu minħabba l-“immaturità” tiegħu bħala awtur li kien għadu qed jibda. Iżda ma ċaħad ebda kelma mill-kontenut tagħhom. Saħansitra wasal biex jgħid li l-kapulavur tiegħu “sera la récriture de ce premier livre / se jkun il-kitba mill-ġdid ta’ dan l-ewwel ktieb”.

Għalhekk, il-qarrej attent mhux biss jara f’din il-ġabra ta’ testi xbieha ta’ Camus li jixtieq igawdi d-dinja li jikteb dwarha bil-kuntrasti u l-kontradizzjonijiet kollha tagħha, iżda wkoll iż-żerriegħa jew l-għeruq tal-aqwa xogħlijiet tiegħu aktar ’il quddiem f’ħajtu. L-essays f’din il-ġabra jesprimu mhux biss it-tensjoni kkawżata mill-imħabba naturali tiegħu għall-ħajja u l-kuxjenza tal-mewt fil-qrib, iżda jesponu wkoll ħafna mir-realtajiet morra li jiffurmaw is-sinsla tal-kapulavuri tiegħu li kienu għadhom iridu jiġu.

  • Free delivery in Malta
  • Secure checkout
  • Published in Malta since 2011

Book details

Author
Albert Camus
Language
Maltese
Format
Paperback
Age group
Adult
ISBN
9789995796105
Il-Maqlub u s-Sewwa / L'Envers et l'Endroit

Il-Maqlub u s-Sewwa

Regular price €9,99
Sale price €9,99