Skip to product information

Is-Sajf by Albert Camus

Regular price €8,00
Sale price €8,00
Tax included.

Malti

Is-Sajf / L'Eté, tal-awtur rinomat u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus, huwa ġabra ta’ saġġi liriċi b’laqtiet filosofiċi ppubblikata f’Jannar tal-1954 iżda miktuba bejn l-1939 u l-1953, perjodu ta’ żmien li fih l-Ewropa rat taqlib kbir u li jwaħħax. B’danakollu Albert Camus (1913-1960) jispira ruħu minn temi li huwa nnifsu jsejħilhom 'solari'. Huma fuq kollox testi Mediterranji bħal dawk li nsibu f’Tieġ, ġabra oħra ta’ saġġi ppubblikata qabel it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1938, iżda mingħajr l-ispirtu libertin li fihom dawn tal-aħħar. L-awtur naturalment twaqqaf għax laħaq daq is-semm li taf tagħti l-ħajja u li minħabba fih ma setax iwettaq l-għanijiet avventurużi tiegħu: 'Is-sena li fiha faqqgħet il-gwerra suppost li kelli nsalpa biex jien ukoll ngħaddi mill-perikli tal-vjaġġ twil li għamel Ulisse … Biss dakinhar jien għamilt bħal kulħadd. Ma salpajtx.'

(Prometju fl-Abbissi)

U hekk timposta ruħha t-tema tal-vjaġġ fuq livelli differenti sakemm fl-aħħar saġġ l-awtur jgħidilna li lest 'isalpa' x’ħin irid hu. Għad li ma jafx x’hemm jistennieh barra l-port, hu qiegħed fuq ix-xwiek biex jerġa’ joħroġ avolja għadu kemm temm vjaġġ ieħor mhux nieqes mill-ansjetà li tbaqbqu. Iżda għall-kuntrarju ta’ dak li nsibu fl-ewwel saġġ, fejn Camus ma jeskludix il-possibbiltà li jsalpa ma’ oħrajn – 'Għada forsi nsalpaw flimkien.' (Il-Minotawru) – issa jingħalaq fih innifsu u l-vjaġġ lest jaffrontah waħdu

(Il-Baħar fil-Qrib).

‍

Is-Sajf / L'Eté huwa s-sitt ktieb mis-sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.

English

Is-Sajf / L'Eté tal-awtur famuż mad-dinja kollha u rebbieħ tal-Premju Nobel Albert Camus, huwa ġabra ta’ tmien saġġi liriċi b’timbru filosofiku, maqluba għall-ilsien Malti mill-Prof. Toni Aquilina, D. es L. Miktuba bejn l-1939 u l-1953, Camus jesplora l-Mediterran minn art twelidu l-Alġerija, sal-Greċja u l-Atlantiku, waqt li jindirizza l-kontroversja u l-vjolenza tad-dinja moderna b’ironija kbira. Is-Sajf / L'Eté ġie ppubblikat minn FARAXA biex jiċċelebra l-mitt sena mit-twelid ta’ Camus. Is-Sajf / L'Eté huwa s-sitt ktieb fis-sensiela tat-Traduzzjonijiet FARAXA.

  • Free delivery in Malta
  • Secure checkout
  • Published in Malta since 2011

Book details

Author
Albert Camus
Language
Maltese
Format
Paperback
Age group
Adult
ISBN
9789995782818
Is-Sajf / L'Eté

Is-Sajf

Regular price €8,00
Sale price €8,00